The Drama Group Mosta
The Drama Group Mosta is an Organisation which promotes and produce Drama and Theatrical activities
18/09/2026
Il-Mosta u d-dinja tat-Teatru llum jinsabu f'Luttu. Joe Gatt ħafna jafuħ bħala Attur protagonista ta' ħafna Drammi u Kummiedji kemm fuq il-palk u kif ukoll fuq it-televiżjoni. Imma fuq kollox Joe Gatt kien wieħed mill-aqwa awturi li kellna f'pajjiżna, Awtur ta' numru kbir tad-drammi, kummiedji u radjudrammi.
The Drama Group kellna x-xorti li nipproduċu numru sabiħ mix-xogħlijiet ta' Joe li kull meta tlabnieħ qatt ma qagħad lura milli jtina xogħolijiet għal fuq il-palk.
Strieħ fis-sliem Joe u grazzi tal-wirt teatrali li ħallejtilna.
Il-membri kollha ta' The Drama Group juru s-sogħba tagħhom u jagħtu l-kondoljanzi lill-uliedu u l-qraba tiegħu.
26/08/2026
F'isem il-membri kollha ta' The Drama Group nifirħu lil Jan Bezzina, Mattia Bezzina u Luigi Debattista tlett membri attivi ta' The Drama Group, li qegħdin iservu bħala Abbatini fil-Vatikan. Esperjenza li żgur qatt ma jinsew. Proset!!
16/07/2026
Fl-okkażjoni tal-51 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari fil-Knisja tal-Mosta u fl-ewwel Anniversarju mir-rappreżentazzjoni drammatiku "Ġawhra Sbejħa għall-Mostin" din se tkun qed tixxandar fuq il-paġna ta' Facebook nhar il-Ħadd 2 t'Awwissu fit-8:00a.m ..... Mexxu l-kelma
11/07/2026
11 ta' Lulju saret data speċjali għal The Drama Group..... Sena ilu eżatt tellajna d-dramm storiku "Ġawhra Sbejħa" fuq iz-zuntier tal-knisja tal-Mosta .... Memorji sbieħ ta' wieħed u ħamsin sena ilu ..... U l-istorja tkompli
Gawhra Sbejha ghall-Mostin.. Memorji mis-sena l-ohra...
29/06/2026
F'isem il-membri kollha tad-Drama Group nawguraw lill-Arċipriet Dun Bastjan Caruana, f'egħluq id-29 anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu. Filwaqt li nawgurawlu, nwiegħduh t-talb tagħna. Ad Multos Annos
27/06/2026
Mons. Arċisqof Charles Jude Scicluna qed jafda l-Parroċċa tal-Madonna ta' Pompei M'Xlokk f'idejn Dun Roderick Baldacchino. Matul il-ħidma tiegħu fil-Parroċċa tagħna Dun Roderick kien involut ħafna fil-pastorali tal-Parroċċa, fost l-oħrajn mat-tfal, l-Abbatini, iż-Żgħażagħ u fl-Oratorju Qalb ta' Ġesu.
F'isem il-membri kollha ta' The Drama Group nixtiequ nifirħu lil Fr. Roderick Baldacchino għal ħidma u r-responsabbiltà ġdida tiegħu u ngħidulu li kien unur għalina naħdmu fil-qrib tiegħu. Awguri u nwiegħduk it-talb tagħna
25/03/2026
YESHUA.. L-ewwel att...
23/03/2026
YESHUA.. Grazzi mill-qalb lil cast kollu li ha sehem. Lil dawk li hadmu minn wara l-kwinti..Lil awtur u direttur Marvic Camilleri. U lil dawk kollha li onorowna bil- prezenza taghhom.. Ghal li jmiss....
22/03/2026
YESHUA... Dramm tal-passjoni mtellgha mid-Drama Group tal-Mosta fl-Oratorju Qalb ta' Gesu l-Mosta.. llejla l-ahhar cans biex taraw dan d-dramm.. l-ahhar ftit biljetti fuq 7960 1891 jew The Drama Group Mosta . Titilfuhx..
Click here to claim your Sponsored Listing.
Telephone
Website
Address
Pjazza Dun Ang Camilleri
Mosta